Hirohito
From Wikipedia, the free encyclopedia
Hirohito (裕仁; twieled fid-29 ta' April 1901 – miet fis-7 ta' Jannar 1989) kien il-124 Imperatur tal-Ġappun skont l-ordni tradizzjonali, u rrenja bejn il-25 ta' Diċembru 1926 sa mewtu fl-1989. Għalkemm magħruf aħjar barra mill-Ġappun b'ismu Hirohito personali, fil-Ġappun hua magħruf aktar bħala Imperatur Shōwa (昭和天皇), titlu li ngħatalu wara mewtu. Il-kelma Shōwa huwa l-isem tal-era li tikkorrispondi mar-renju tal-Imperatur, u eventwalment sar isem l-Imperatur innifsu mal-mewt tiegħu. L-isem Hirhito jfisser "benevolenza abbundanti".
Hirohito | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
25 Diċembru 1926 - 7 Jannar 1989 ← Emperor Taishō (en) - Akihito (en) →
| |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Aoyama (en) , 29 April 1901 | ||||||
Nazzjonalità | Ġappun | ||||||
L-ewwel lingwa | Ġappuniż | ||||||
Mewt | Fukiage Gyoen (en) , 7 Jannar 1989 | ||||||
Post tad-dfin | Musashi Imperial Graveyard (en) | ||||||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (duodenum cancer (en) ) | ||||||
Familja | |||||||
Missier | Emperor Taishō | ||||||
Omm | Empress Teimei | ||||||
Konjuga/i | Kōjun (en) | ||||||
Ulied | |||||||
Aħwa | |||||||
Tribù | Imperial House of Japan (en) | ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Alma mater | Gakushūin (en) | ||||||
Lingwi | Ġappuniż | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
bniedem militari diplomatiku marine biologist (en) żoologu monarka artistokratika | ||||||
Għoli | 1.65 m | ||||||
Premjijiet |
List
| ||||||
Sħubija | Soċjetà Rjali | ||||||
Grad |
field marshal (en) generalissimo (en) |
Fil-bidu tar-renju tiegħu, il-Ġappun kien diġà wieħed mill-poteri l-kbar, bid-disa' l-akbar ekonomija fid-dinja, it-tielet l-akbar qawwa navali u wieħed mill-membri permanenti tal-kunsill tas-Soċjetà tan-Nazzjonijiet. Hu kien il-kap tal-istat taħt il-Kostituzzjoni tal-Imperu tal-Ġappun matul l-espansjoni imperjali, militarizzazzjoni u involviment tal-Ġappun fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wara ċ-ċediment tal-Ġappun hu ma ġiex ipproċessat għar-reati tal-gwerra bħal diversi figuri oħra governattivi, u l-involviment tiegħu fid-deċiżjonijiet meħuda fil-gwerra għadha kontroversjali. Wara l-gwerra hu sar simbolu tal-istat il-ġdid taħt il-kostituzzjoni l-ġdida u sa tmiem ir-renju tiegħu, Ġappun ħarġet bħala t-tieni l-akbar ekonomija dinjija.