Fortijiet fl-Għoljiet ta' Rajasthan
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Tramuntana tal-Indja / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Istat ta' Rajasthan fil-Majjistral tal-Indja fih iżjed minn mitt fortifikazzjoni fl-għoljiet u fiż-żoni muntanjużi tiegħu. Sitt Fortijiet fl-Għoljiet ta' Rajasthan, mifruxa madwar l-istat ta' Rajasthan fit-Tramuntana tal-Indja, ġew raggruppati bħala sensiela u tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Is-sit inizjalment tressaq bħala sensiela ta' ħames fortijiet tar-Rajput fl-għoljiet u ż-żona muntanjuża ta' Aravalli, u nbnew u ssaħħew bejn is-sekli 5 u 18 W.K.[2] minn diversi rejiet Rajput ta' renji differenti. Lejn l-aħħar tal-proċess tan-nominazzjoni, fis-sensiela żdied il-Forti ta' Jaisalmer. Is-sitt fortijiet huma:[1]
- il-Forti ta' Chittor f'Chittorgarh
- il-Forti ta' Kumbhalgarh f'Kumbhalgarh
- il-Forti ta' Ranthambore f'Sawai Madhopur
- il-Forti ta' Gagron f'Jhalawar
- il-Forti ta' Amer f'Jaipur
- il-Forti ta' Jaisalmer f'Jaisalmer.
Uħud minn dawn il-fortijiet għandhom swar u fortifikazzjonijiet difensivi li jwasslu sa tul ta' 20 kilometru, b'ċentri urbani li għadhom eżistenti u b'mekkaniżmu tal-ħżin tal-ilma li għadu jintuża.