Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Ġermanja
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Ġermanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Ġermanja tal-Punent irratifikat il-Konvenzjoni fit-23 ta' Awwissu 1976 u l-Ġermanja tal-Lvant irratifikatha fit-12 ta' Diċembru 1988, u b'hekk is-siti storiċi tagħhom saru eliġibbli biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Mill-2021, il-Ġermanja għandha 52 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fosthom 49 sit kulturali u 3 siti naturali.[3] L-ewwel sit fil-Ġermanja li tniżżel fil-lista kien il-Katidral ta' Aachen fl-1978, li kien ukoll wieħed mill-ewwel siti fid-dinja li żdiedu fil-lista.[4] Il-Ġermanja għandha t-tieliet l-ikbar ammont ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fid-dinja, flimkien ma' Franza, u wara l-Italja u ċ-Ċina.
Il-Wied tax-Xmara Elbe fi Dresden, li kien iddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-periklu f'Lulju 2006, finalment tneħħa mil-lista f'Ġunju 2009, u b'hekk huwa wieħed minn tliet siti biss li qatt tneħħew mil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.