Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kanada
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Kanada / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Kanada rratifikat il-Konvenzjoni fil-23 ta' Lulju 1976, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Kanada għandha 22 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, għaxra kulturali, ħdax naturali u wieħed imħallat. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Kanada żdiedu fl-1978: il-Park Nazzjonali ta' Nahanni u s-Sit Storiku Nazzjonali ta' Anse aux Meadows. L-iżjed żewġ siti li żdiedu reċentement mill-Kanada huma Tr'ondëk-Klondike u Anticosti, fl-2023.