Pariġi
belt kapitali ta' Franza / From Wikipedia, the free encyclopedia
Pariġi (bil-Franċiż: paʁi (għajnuna·info)) hija l-belt kapitali ta' Franza. Il-belt tinsab fuq ix-xmara Seine, fit-Tramuntana tal-pajjiż u tinsab ukol fir-reġjun ta' Île-de-France, li hu magħruf ukoll bħala région parisienne (reġjun Pariġin). Il-belt ta' Pariġi għanda erja ta' 105 km² u popolazzjoni ta' 2,241,346 ruħ (stima tal-2014)[1] ġewwa l-fruntieri amministrattivi tagħha li essenzjalment baqgħu kif kienu mill-1860. Mis-seklu 19, iż-żona mibnija ta' Pariġi kibret aktar lil hinn mill-fruntieri amministrattivi tagħha: flimkien mas-subborgi tagħha, iż-żona metropolitana ta' Pariġi għandha popolazzjoni ta' 12,341,418 ruħ (ċensiment tal-2012),[2] jew 18.9 % tal-popolazzjoni ta' Franza.[3] Ir-reġjun amministrattiv ta' Pariġi jkopri 12,012 km² (4,638 mil²), bil-kunsill reġjonali u l-President tiegħu stess.
Pariġi | |||
---|---|---|---|
Franza | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Franza | ||
Administrative territorial entity of France | Franza Metropolitana | ||
Region of France | Île-de-France (en) | ||
Dipartimenti ta' Franza | Seine (en) | ||
Kap tal-Gvern | Anne Hidalgo (en) | ||
Isem uffiċjali | Paris | ||
Ismijiet oriġinali | Paris | ||
Kodiċi postali |
75116, 75001, 75002, 75003, 75004, 75005, 75006, 75007, 75008, 75009, 75010, 75011, 75012, 75013, 75014, 75015, 75016, 75017, 75018, 75019, 75020u 75000 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 48.8567°N 2.3522°E / 48.8567; 2.3522 | ||
Superfiċjenti | 105.4 kilometru kwadru | ||
Għoli | 28 m | ||
Fruntieri ma' | Montrouge (en) , Malakoff (en) , Vanves (en) , Issy-les-Moulineaux (en) , Boulogne-Billancourt (en) , Saint-Cloud (en) , Suresnes (en) , Puteaux (en) , Neuilly-sur-Seine, Levallois-Perret (en) , Clichy (en) , Saint-Ouen-sur-Seine (en) , Saint-Denis, Aubervilliers (en) , Pantin (en) , Le Pré-Saint-Gervais (en) , Les Lilas (en) , Bagnolet, Montreuil (en) , Saint-Mandé (en) , Vincennes, Fontenay-sous-Bois (en) , Nogent-sur-Marne (en) , Joinville-le-Pont (en) , Saint-Maurice (en) , Charenton-le-Pont (en) , Ivry-sur-Seine (en) , Le Kremlin-Bicêtre (en) , Gentilly (en) , Hauts-de-Seine (en) , Seine-Saint-Denis (en) u Val-de-Marne (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 2,145,906 abitanti (1 Jannar 2020) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 3 century "BCE" | ||
Kodiċi tat-telefon |
1 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Ruma, Tokjo, Kjoto, Berlin, Ramallah, Seoul, Kajr, Chicago, Torreón (en) , San Francisco, Kiev, Washington, D.C., Marrakesh, Porto Alegre, Dubaj, Beijing, Belt tal-Messikuu San Pietruburgu | ||
paris.fr |
Pariġi twaqqfet fis-seklu 3 Q.K. mit-tribù Ċeltika msejħa il-Parisii, li taw l-isem lil belt. Mis-seklu 12, Pariġi kienet l-akbar belt fid-dinja tal-Punent, b'ċentru kummerċjali prosperuż, u s-sede tal-Università ta' Pariġi, waħda mill-ewwel fl-Ewropa. Fis-seklu 18, kienet iċ-ċentru għar-Rivoluzzjoni Franċiża, u saret ċentru importanti tal-finanzi, tal-kummerċ, tal-moda, tax-xjenza u tal-arti, u baqgħet hekk sa llum il-ġurnata.
Ir-Reġjun ta' Pariġi għandu PDG ta' €624 biljun fl-2012, li jammonta għal 30 fil-mija tal-PDG ta' Franza, u jiġi klassifikat bħala wieħed mill-ħames reġjuni għonja fl-Ewropa; huwa ċ-ċentru bankarju u finanzjarju ta' Franza, u fih il-kwartieri ġenerali ta' 29 minn 31 kumpanija fi Franza kklassifikati fil-Fortune Global 500 tal-2015.
Pariġi hija l-belt tal-mużew tal-arti l-aktar viżitat fid-dinja , il-Louvre, kif ukoll il-Musée d'Orsay, magħruf għall-kollezzjonijiet tal-arti Impressjonista Franċiża, u l-Musée National d'Art Moderne, mużew tal-arti moderna u kontemporanja. Il-postijiet familjari arkitettoniċi notevoli ta' Pariġi jinkludu l-Katidral ta' Notre Dame (seklu 12); is-Sainte-Chapelle (seklu 13); it-Torri Eiffel (1889); il-Bażilika tas-Sacré-Cœur ġewwa Montmartre (1914). Fl-2014 Pariġi laqgħet 22.4 miljun viżitatur, u hija waħda mill-aqwa destinazzjonijiet turistiċi fid-dinja.[4] Pariġi hija wkoll magħrufa għall-moda tagħha. Ħafna mill-universitajiet ewlenin ta' Franza u l-grandes écoles jinsabu f'Pariġi, l-istess bħall-gazzetti ewlenin ta' Franza, li jinkludu Le Monde, Le Figaro u Libération.
Pariġi hija post il-klabb tal-futbol Paris Saint-Germain u l-klabb tar-rugby Stade Français. L-istadium li jesa' 80,000 ruħ, Stade de France, li kien inbena għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-1998, jinsab fit-Tramuntana ta' Pariġi fil-komun ta' Saint-Denis. Pariġi tospita kampjonat annwali tat-tennis French Open fuq it-tafal aħmar ta' Roland Garros. Pariġi ospitat ukoll l-Olimpjadi tas-Sajf tal-1900 u kif ukoll tal-1924, żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-1938 u tal-1998, u t-Tazza tad-Dinja tar-Rugby tal-2007.
Pariġi hija moqdija b'żewġ ajruporti internazzjonali li huma Paris-Charles de Gaulle u Paris-Orly. Fl-1900 infetħet is-sistema tal-metro tal-belt, il-Paris Métro, li taqdi 4.5 miljun passiġġier kuljum.[5] Pariġi hija ċ-ċentru tan-network nazzjonali tat-toroq, u hija mdawra minn tliet toroq orbitali: il-Périphérique, l-Awtostrada A86, u l-awtostrada Francilienne fis-subborgi ta' barra.