Albanija
pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Albanija, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tal-Albanija (Albaniż: Republika e Shqipërisë), huwa pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk. Dan huwa mdawwar mill-Montenegro fil-Majjistral, il-Kosovo fil-Grigal, il-Maċedonja ta' Fuq fil-Lvant u l-Greċja fin-Nofsinhar u fil-Lbiċ. Il-kosta tiegħu tmiss mal-Baħar Adrijatiku lejn il-Punent, u l-Baħar Joniku fil-Lbiċ. Huwa inqas minn 72 km (45 mi) mill-Italja, madwar l-Istrett ta' Otranto li jgħaqqad il-Baħar Adrijatiku mal-Baħar Joniku.
Repubblika tal-Albanija Republika e Shqipërisë |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: (uffiċjali) You, Albania, give me honor, give me the name Albanian Inti, Albanija, agħti lili unur, agħti lili l-isem Albaniż |
||||||
Innu nazzjonali: Rreth flamurit te përbashkuar [1] Himni i Flamurit (Albaniż) Uniti madwar il-bandiera |
||||||
Belt kapitali | Tirana 41°20′N 19°48′E | |||||
L-ikbar belt | Tirana | |||||
Lingwi uffiċjali | Albaniż | |||||
Gruppi etniċi | 92% - 95% Albaniżi, 3% - 6% Griegi, 25% oħrajn | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari unitarja | |||||
- | President | Bujar Nishani | ||||
- | Prim Ministru | Edi Rama | ||||
Leġislatura | Parlament | |||||
Formazzjoni | ||||||
- | Prinċipalità ta' Arber | 1190 | ||||
- | Lega ta' Lezhë | 2 ta' Marzu 1444 | ||||
- | Indipendenza mill-Imperu Ottoman | 28 ta' Novembru 1912 | ||||
- | Prinċipalità tal-Albanija | 29 ta' Lulju 1913 | ||||
- | Kostituzzjoni kurrenti | 28 ta' Novembru 1998 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 28,748 km2 (143) 11,100 km2 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 4.7 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2011 | 2,831,741 (137) | ||||
- | ċensiment tal-2006 | 2,831,741 | ||||
- | Densità | 98.5/km2 (63) 251.11/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $26.110 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $9,231[2] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $13.12 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $4,634[2] | ||||
IŻU (2013) | ▲ 0.749[3] (għoli) (70) | |||||
Valuta | Lek (ALL ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 355 | |||||
TLD tal-internet | .al |
L-Albanija hija demokrazija parlamentari b'ekonomija fi stat ta' tranżizzjoni. Fil-belt kapitali Albaniża, Tirana, joqogħdu 421,286 ruħ mill-popolazzjoni tal-pajjiż ta' 2,831,741.[4] Ir-riformi tas-Suq Ħieles fetħu l-pajjiż għall-investimenti barranin, speċjalment fl-iżvilupp tal-enerġija u fl-infrastuttura tat-trasport.[5][6][7] L-Albanija ġiet magħżula bħala l-ewwel destinazzjoni fil-lista tal-Lonely Planet minn għaxar pajjiżi.[8]
Fruntieri totali tal-ALbanija: 691 km, pajjiżi tal-fruntiera: Greċja 212 km; Kosovo 112 km; il-Maċedonja ta' Fuq 181 km; Montenegro 186 km.