Goran Bregović
From Wikipedia, the free encyclopedia
Goran Bregović (imwieled 22 ta' Marzu 1950) huwa mużiċist u kompożitur Jugoslav. Huwa wieħed mill-mużiċisti u kompożituri moderni l-aktar magħrufa internazzjonalment tal-pajjiżi Balkani u l-lingwi Slaviċi. Huwa wieħed mill-ftit mużiċisti Jugoslavi li daqq fi swali u postijiet internazzjonali ewlenin bħal-Carnegie Hall, ir-Royal Albert Hall u L’Olympia.
Imrobbi f'Sarajevo[1][2], Bregović sar magħruf bħala l-moħħ kreattiv u l-kitarrista ewlieni ta’ Bijelo dugme, li kienu meqjusin bħala wieħed mill-aktar gruppi mużikali popolari u importanti tax-xena mużikali Jugoslava. [3] Wara li Bijelo Dugme sfaxxaw, Bregović beda jikkomponi kolonni sonori tal-films. Fost ix-xogħlijiet l-iktar magħrufa tiegħu hemm tlieta mill-films tad-direttur Emir Kusturica (Time of the Gypsies, Arizona Dream u Underground).[4] Għal Time of the Gypsies, Bregović rebaħ il-premju Golden Arena Award fil-Pula Film Festival fl-1990, fost premjijiet oħra. Huwa kien ikkompona wkoll għall-film La Reine Margot, li kien innominat għall-Oscars u għall-film The Serpent's Kiss, li kien ippreżentat fil-Festival tal-Films ta' Cannes. [5]
Bregović, matul il-karriera twila tiegħu ta' ħames deċenni, ikkompona għal kantanti ta' fama kbira, fosthom Sezen Aksu, Kayah, Iggy Pop, Šaban Bajramović, George Dalaras u Cesária Évora .