Imperu Almoravid
Imperu storiku ta' dinastija Misilma Berbera imperjali fit-territorji tal-Andalus u l-Magreb / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Imperu tad-dinastija Almoravida jew sempliċiment Almoravid jew il-Murabitin jew l-Imrabetin (Għarbi: المرابطون, rum. al-Murābiṭūn[10]; Berberu: ⵉⵎⵕⴰⴱⴹⴻⵏ, rum. Imṛabḍen, litteralment: “Dawk mir-ribat”) kienet imperu tad-dinastija Misilma Berbera imperjali iċċentrata fit-territorju tal-Marokk tal-lum.[11][12] L-Almoravidi stabbilixxa l-imperu tagħhom fis-seklu 11 li jinfirex fuq il-Magreb tal-punent u l-Andalus, li beda fis-snin 50 u dam sal-waqgħa tiegħu f'idejn l-Almohadin fl-1147.[13] Id-dinastija ħarġet minn koalizzjoni tal-Lamtuna, Gudala, u Massufa, tribujiet Berberi nomadi li jgħixu f'dik li llum hija l-Mawritanja u s-Saħara tal-Punent,[14][15] jaqsmu t-territorju bejn id-Draa, in-Niġer, u x-xmajjar tas-Senegal.[16][17] Matul l-espansjoni tagħhom fil-Magreb, l-Almoravidi waqqfu l-belt ta' Marrakexx bħala kapitali, midwar l-1070 is-sena.
Imperu Almoravid | |||||
---|---|---|---|---|---|
L-Imperu Almoravid fl-ibgħad twessigħ tiegħu, ċ. 1120.
|
|||||
Belt kapitali | |||||
Lingwi uffiċjali | Għarbi[6][7] | ||||
Lingwi reġjonali rikonoxxuti | Lingwi Berberi, Możarabiku | ||||
Reliġjon | Iżlam (Sunni) Minoranzi: Kristjaneżmu (Kattolika Rumana), Ġudaiżmu |
||||
Tip | Imperu | ||||
Gvern | Monarkija ereditarja | ||||
- | Titlu ta' ħakkiem | Emir il-Misilmin | |||
- | ċ. 1050–1057 | Jaħja bin Għumar | |||
- | 1146–1147 | Isħaq bin Għali | |||
Stabbiliment | |||||
- | Stabbili | madwar 1050 | |||
- | Disstabbili | 1147 | |||
Erja | |||||
- | st. 1120 | 1,000,000 km2 386,102 mil kwadru |
|||
Valuta | Dinar Almoravid |
L-Almoravidi kienu kruċjali biex jipprevjenu l-waqgħa tal-Andalus (ħakma Misilma fl-Iberja)[18] għar-renji Kristjani Iberiċi, meta għelbu b’mod deċiżiv koalizzjoni tal-armati ta' Kastilja u ta' Aragoneżi fil-Battalja ta’ Sagrajas fl-1086. Dan ippermettilhom jikkontrollaw imperu li kien jiġġebbed 3,000 kilometres (1,900 mi) mit-tramuntana għan-nofsinhar. Il-ħakkiema tagħhom qatt ma sostnew it-titlu ta' kalif u minflok ħadu t-titlu ta' Amir al-Muslimīn ("Emir il-Misilmin") filwaqt li rrikonoxxew formalment il-ħakma tal-Kalifi Għabbasin f'Bagdad.[19] Madankollu, il-ħakma tad-dinastija kienet relattivament qasira. L-Almoravidi waqgħu — fl-aqwa tas-setgħa tagħhom — meta naqsu milli jwaqqfu r-ribelljoni mmexxija minn Masmuda mibdija minn Iben Tumart. Bħala riżultat, l-aħħar emir tagħhom Isħaq bin Għali inqatel f'Marrakexx f'April 1147 mill-Kalifat Almohad, li ħa posthom bħala dinastija li tmexxi kemm fil-Magreb kif ukoll fl-Andalus.