post żgħir, binja żgħira jew kamra fejn jinġabru l-Kristjani għall-qima; tista' tkun binja għaliha jew parti minn binja oħra bħal knisja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Kappella hija post ta' talb u ta' qima tal-Kristjaneżimu li s-soltu jkun relattivament żgħir u distint minn knisja. It-terminu ‘kappella' għandu iktar minn tifsira waħda. L-ewwel nett, spazji żgħar bl-artal tagħhom fi ħdan knisja spiss jissejħu kappelli. Imbagħad, kappella hija post ta' qima, xi kultant mhux ta' duttrina speċifika[1], li tkun parti minn binja jew minn kumpless bi skop ewlieni ieħor, mhux bilfors reliġjuż, bħal ngħidu aħna skola, kulleġġ, sptar, palazz jew dar aristokratika kbira, kastell, kwartier tas-suldati, ħabs, stabbiliment funebri, ċimiterju, ajruport, jew bastiment militari jew kummerċjali.[2] It-tielet, il-kappelli huma postijiet żgħar ta' qima, li jkunu mibnijin bħala siti għalihom minn knisja jew minn monasterju, pereżempju f'żoni remoti. Karatteristika ta' dawn it-tipi kollha ta' kappelli sikwit tkun li l-ebda kleru ma jkun resident permanenti jew mehmuż b'mod speċifiku mal-kappella.
capilla; Kapla; Cappella; chapel; Параклис; Capelă; 小聖堂; kapell; capèra; 小聖堂; Kapelo; Kapälle; 경당; kapelo; капела; Kapela; Capiella; chapelle; kapela; kapałka; nhà nguyện; kapela; капела; capela; 小圣堂; Kapell; Lé-pài-tn̂g; kapell; Kapella (memarlıq); kappel; chapel; مصلى كنسي; chapel; παρεκκλήσιο; ဝတ်ပြုခန်း; 教堂仔; kápolna; 小圣堂; kapel; kapera; kaple; capiella; capella; kaplica; capel; kishëz; Capilla; Капела; kapel; Kapel (gebedsromte); kabel; チャペル; kapela; Capelle; Şapel; Caibeal; קפלה; sacellum; kaplnka; पुजास्थल; 小圣堂; kapealla; Kapel; Kapel; kappel; โบสถ์น้อย; cappella; 小圣堂; 小圣堂; Chapèl; капліца; капліца; капелла; Şapel; séipéal; Kapela; Nicchia; capela; kappella; Kapelle; نمازخانه; Koplyčia; kapela; Tuklong; දෙව්මැදුර; մատուռ; Capele; Chapeli; കപ്പേള; 小聖堂; kappeli; kapel; Каплиця; каплиця; capela; kapilya; chapel; kapell; lugar de culto religioso; kisebb vallási épület; erlijio-gurtzarako lekua; llugar de cultu relixosu; в католицизме термин, используемый для храмовых помещений нескольких типов; kleine Bet-, Gottesdienst- oder Andachtskirche oder -räumlichkeit; مکانی ویژهٔ عبادت; lille kirkebygning; edificiu religios; liten kyrkobyggnad; කුඩා පල්ලිය; छोटा गिरजा घर; e chlinni Chile, Gebätsruum; uskonnollinen rakennus; malá církevní stavba; luogo destinato al culto religioso e legato a una struttura più grande; édifice religieux chrétien n'ayant pas les pleins droits paroissiaux; crkvica ili manji izdvojen prostor s jednim oltarom; crkva unutar samostanske zajednice; małe twarjenje za Bože słužby; lugar de culto religioso, podendo ser parte de um edifício maior como uma igreja ou um palácio; post żgħir, binja żgħira jew kamra fejn jinġabru l-Kristjani għall-qima; tista' tkun binja għaliha jew parti minn binja oħra bħal knisja; manjša krščanska bogoslužna stavba; edificio religioso; lugar de culto relixioso xeralmente menor tamaño ca unha igrexa convencional; Kierchegebai; niewielka chrześcijańska budowla sakralna, wolnostojąca lub połączona z większym obiektem architektonicznym; lite, vigslet kirkehus; ruimte of klein gebouw dat dienst doet als gebedsruimte; χριστιανικός τόπος λατρείας υπαγόμενος σε ενορία; manji crkveni objekt; מבנה פולחן נוצרי קטן; lloc de culte religiós; small place, building or room of Christian fellowship or worship, may be attached or not to a larger institution or part of a building; невялікі храмавы будынак; small place, building or room of Christian fellowship or worship, may be attached or not to a larger institution or part of a building; мал верски објект; chapelle; capiya; Капелла (архитектура); kapelle (Kirchenbau); kapilia; malating pisamban; pisambang malati; Կապելլա (ճարտարապետություն); Կապելլա; kapelle; kapelle (gebouw); kapel; Paraclis; Capelă (edificiu); Chapelle; begravningskapell; gravkapell; bröllopskapell; dropkapell; kapell (byggnad); capèla; chapèla; chapela; sivukirkko; kapel (geboew); параклис; Kapelica; Capilla; chapelles; kapelica; Bårekapell; kapała; nhà thờ nhỏ; nguyện đường; nguyện thất; phòng nguyện; cung nguyện; kostelík; Параклис; Капличка; Капела; Паракліс; faltore; Капела (грађевина); 小堂; 小教堂; 禮拜堂; Capilla; Kapilya; Kapiliya; Capilia; Kapilia; Капэла; ermida; ชาเปล; Chapel; ชาเปลข้าง; Kikanisa; Chapel; kapella; 채플; burgkapel; kapellen (ruimten); wegkapel; kapel (gebouw); Koplyčios; каплічка; chapels (rooms); chapelery; capella (arquitectura); παρεκκλήσια; nicchia (cappella)
Quick Facts
kappella
Close
Fl-aħħar nett, għal raġunijiet storiċi, it-terminu ‘kappella' jintuża wkoll minn denominazzjonijiet indipendenti jew nonkonformisti għall-postijiet ta' qima tagħhom fil-Gran Brittanja, anke meta jkunu kbar u fil-prattika joperaw bħala knisja parrokkjali.[3][4]
L-ewwel postijiet Kristjani ta' qima, illum il-ġurnata spiss jissejħu kappelli, peress li ma kinux binjiet għalihom iżda iktar kompartiment jew kamra apposta fi ħdan binja oħra. Il-biċċa l-kbira tal-knejjes il-kbar kellhom xi artal sekondarju wieħed jew iktar, li meta kien jinsabu fi spazju distint spiss kienu jissejħu kappella. Fit-tradizzjoni Ortodossa Russa, il-kappelli kienu jinbnew taħt il-bibien tal-bliet, fejn il-maġġoranza tan-nies setgħu jżuruhom. L-iktar eżempju famuż huwa l-Kappella Iberika.
Għalkemm il-kappelli spiss jirreferu għal postijiet Kristjani ta' qima, sikwit jinsabu wkoll fis-sinagogi tal-Lhud u mhux neċessarjament ikunu jintużaw minn denominazzjoni speċifika. Fl-Ingilterra, fejn il-Knisja tal-Ingilterra hija stabbilita bil-liġi, il-kappelli mingħajr denominazzjoni speċifika jew interreliġjuża f'tali istituzzjonijiet jistgħu xorta waħda jkunu kkonsagrati mill-isqof Anglikan lokali. Il-kappelli mingħajr denominazzjoni speċifika spiss ikunu jinsabu fi ħdan istituzzjoni mhux reliġjuża bħal sptar, ajruport, università jew ħabs. Ħafna installazzjonijiet militari jaf ikollhom kappelli għall-persunal militari tagħhom, normalment taħt it-tmexxija ta' kappillan militari.[5]