Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Litwanja
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Litwanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2]
Il-Litwanja ffirmat il-Konvenzjoni fil-31 ta' Marzu 1992, u b'hekk is-siti naturali u storiċi tagħha saru eliġibbli biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit Litwan li żdied fil-lista kien iċ-Ċentru Storiku ta' Vilnius fl-1994. Fis-sena 2000, fl-2004 u fl-2005 żdiedu tliet siti oħra. B'kollox hemm erba' siti Litwani fuq il-lista u kollha huma siti kulturali.[3][4][5] Żewġ siti huma transnazzjonali: l-Istmu Kuronjan huwa kondiviż mar-Russja u l-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa kondiviż ma' disa' pajjiżi oħra.[6]