Vilnius
belt kapitali tal-Litwanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Vilnius (/ˈvɪlniəs/ VIL-nee-əs, bil-Litwan: [ˈvʲɪlʲnʲʊs]) hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-Litwanja, b'popolazzjoni ta' 592,389 ruħ (fl-2022).[1] Il-popolazzjoni taż-żona urbana funzjonali ta' Vilnius, li hija estiża lil hinn mil-limiti tal-belt, hija ta' madwar 706,832 ruħ (fl-2019), filwaqt li skont il-fond tas-saħħa territorjali ta' Vilnius, f'Ottubru 2020 kien hemm 732,421 abitant permanenti fil-belt ta' Vilnius u fil-muniċipalitajiet distrettwali ta' Vilnius f'daqqa.[2] Vilnius tinsab fix-Xlokk tal-Litwanja u hija t-tieni l-ikbar belt fl-Istati Baltiċi. Hija s-sede tal-gvern nazzjonali tal-Litwanja u tal-Muniċipalità Distrettwali ta' Vilnius.
Vilnius | |||
---|---|---|---|
Litwanja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Litwanja | ||
City municipality of Lithuania | Muniċipalità tal-Belt ta' Vilnius | ||
Kap tal-Gvern | Remigijus Šimašius (en) | ||
Isem uffiċjali |
Vilnius Вільня Вильна Вильно Вильнюс Vilnius Wilno Вильнюс Vilno Вилно | ||
Ismijiet oriġinali |
Vilnius Вїлнѧ | ||
Kodiċi postali |
01001 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 54.6872°N 25.28°E / 54.6872; 25.28 | ||
Superfiċjenti | 401 kilometru kwadru | ||
Għoli | 112 mu 98 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 581,475 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 13 century | ||
Kodiċi tat-telefon |
5 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 | ||
bliet ġemellati | Astana, Aalborg, Brussell, Bratislava, Budapest, Chicago, Chișinău, Dnipro, Donetsk, Duisburg (en) , Dublin, Edinburgu, Erfurt (en) , Gdańsk, Guangzhou, Istanbul, Joensuu (en) , Kiev, Krakovja, Łódź, Ljubljana, Lviv, Madison (en) , Nikosija, Oslo, Palermo, Pavia, Piraeus, Praga, Reykjavik, Riga, Salzburg, Muniċipalità ta' Stokkolma, Strasburgu, Taipei, Tallinn, Tbilisi, Tirana, Toronto, Valletta, Varsavja, Almaty, Patras, Wrocław, Bila Tserkva (en) , Minsk, Villeurbanne (en) , Shenzhen (en) , Milan, Mariupol, Lublin (en) , Toruń, General San Martín (en) , Kerson, Borodianka (en) , Belgrad, Moska, San Pietruburgu, Kaliningradu Nizhny Novgorod | ||
vilnius.lt, vilnius.lt…, vilnius.lt…, vilnius.lt…u vilnius.lt… |
Vilnius hija kklassifikata bħala belt globali Gamma skont l-istudji GaWC, u hija magħrufa għall-arkitettura tagħha fiċ-ċentru storiku, li ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994.[3][4] Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, Vilnius kienet waħda mill-ikbar ċentri tal-Lhud fl-Ewropa. L-influwenza Lhudija tagħha wasslet għal-laqam "il-Ġerusalemm tal-Litwanja". Napuljun sejħilha "l-Ġerusalemm tat-Tramuntana" meta għadda mill-belt fl-1812.[5] Fl-2009, Vilnius kienet Kapitali Ewropea tal-Kultura, flimkien ma' Linz, fl-Awstrija.[6] Fl-2021, Vilnius ġiet elenkata fost l-aqwa 25 Belt Globali tal-Futur ta' fDi – jiġifieri waħda mill-iżjed bliet b'perspettiva futura u bl-ikbar potenzjali fid-Dinja.[7]