Louisa May Alcott
From Wikipedia, the free encyclopedia
Louisa May Alcott (/ˈɔːlkət, -kɒt/; 29 ta’ Novembru 1832 – 6 ta’ Marzu 1888) kienet rumanziera Amerikana, kittieba ta’ stejjer qosra, u poetessa. Hija magħrufa l-aktar bħala l-awtriċi tar-rumanz Little Women (1868) u r-rumanzi li jsegwuh f’din is-serje, Little Men (1871) u Jo's Boys (1886).[1] Trabbiet f’New England minn Abigail May u Amos Bronson Alcott, li kienu ġenituri traxxendentali. May Alcott kibret fost ħafna intellettwali magħrufa ta’ dak iż-żmien, bħal Margaret Fuller[2], Ralph Waldo Emerson, Nathaniel Hawthorne, Henry David Thoreau, u Henry Wadsworth Longfellow[3].
Louisa May Alcott | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Louisa May Alcott |
Twelid | Germantown (en) , 29 Novembru 1832, 1832 |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Residenza |
Boston Concord (en) Fruitlands (en) Concord (en) Boston Walpole (en) Orchard House (en) Ewropa Ewropa |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Boston, 6 Marzu 1888 |
Post tad-dfin | Sleepy Hollow Cemetery (en) |
Kawża tal-mewt | (puplesija) |
Familja | |
Missier | Amos Bronson Alcott |
Omm | Abby May |
Konjuga/i | Not married |
Ulied |
uri
|
Aħwa | |
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | no value |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb infermier poeta rumanzier kittieb tal-kotba tat-tfal għalliem ħaddiem domestiku suffraġist |
Xogħlijiet importanti |
Little Women (en) An Old-Fashioned Girl (en) Jo's Boys (en) Work: A Story of Experience (en) Eight Cousins; or, The Aunt-Hill (en) Rose in Bloom (en) Under the Lilacs (en) Jack and Jill: A Village Story (en) Flower Fables (en) The Brownie and the Princess (en) |
Premjijiet |
List
|
Moviment | abolizzjoniżmu |
Psewdonomu | A. M. Barnard, Flora Fairfield, Flora Fairchildu Tribulation Periwinkle |
Moviment artistiku | letteratura Gotika |
Servizz militari | |
Iġġieldu | Gwerra Ċivili Amerikana |
Il-familja ta’ Alcott kellha problemi finanzjarji u ta’ età żgħira marret taħdem sabiex tgħin lil familtha. Għaldaqstant, bdiet issib żvog fil-kitba, u xogħlijietha bdew jiksbu suċċess fost il-kritiċi tas-snin sittin tas-seklu dsatax. Fil-bidu tal-karriera tagħha, Alcott kultant kienet tagħmel użu mill-psewdonimu A. M. Barnard; kitbet stejjer qosra u rumanzi għall-adulti li jqajmu sensazzjoni u jiffokaw fuq il-passjoni u l-vendetta.[4]
Little Women, li ġie ppubblikat fl-1868, huwa ambjentat fid-dar tal-familja Alcott, Orchard House, f'Concord, Massachusetts. Huwa bbażat fuq l-esperjenzi tat-tfulija ta’ Alcott mat-tliet aħwa tagħha, Abigail May Alcott Nieriker, Elizabeth Sewall Alcott, u Anna Alcott Pratt. Ir-rumanz intlaqa’ tajjeb u għadu popolari sal-lum il-ġurnata, kemm fost it-tfal kif ukoll fost l-adulti. Ġie adattat bosta drabi għall-palk, għall-films u għat-televixin.
Alcott, abolizzjonista u femminista, baqgħet xebba ħajjitha kollha. Hija kienet attiva f'movimenti ta' riforma għad-dritt tal-vot tan-nisa.[5] Mietet f’Boston fis-6 ta’ Marzu, 1888, b’puplesija, jumejn biss wara li miet missierha.