Petra
belt antika fin-Nofsinhar tal-Ġordan / From Wikipedia, the free encyclopedia
Petra (bl-Għarbi: ٱلْبَتْرَاء, b’ittri Rumani: Al-Batrāʾ; bil-Grieg Antik: Πέτρα, "Blata"), magħrufa oriġinarjament mill-abitanti tagħha bħala Raqmu jew Raqēmō[1][2], hija belt storika u arkeoloġika fin-Nofsinhar tal-Ġordan. Petra tinsab madwar Jabal Al-Madbah f’baċir imdawwar bil-muntanji li jiffurmaw in-naħa tal-Lvant tal-Wied ta’ Arabah mill-Baħar il-Mejjet sal-Golf ta’ Aqaba.[3] Il-belt ilha Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1985 u fl-2007 il-binja tat-Teżor ġiet ivvutata bħala waħda mis-Seba’ Għeġubijiet Ġodda tad-Dinja.[4][5][6]