Pjazza
spazju pubbliku miftuħ fil-bliet u fl-irħula mdawwar bil-binjiet u bit-toroq / From Wikipedia, the free encyclopedia
Pjazza (jew misraħ jew pjazza tar-raħal jew pjazza tal-belt) hija spazju pubbliku fil-beraħ[1] li normalment jinsab fil-qalba ta’ belt jew raħal tradizzjonali użata u li tintuża f’okkażjonijiet fejn tinġabar il-komunità kollha ta’ belt jew ta’ raħal. Kunċetti relatati huma ċ-ċentru ċiviku, il-pjazza tas-suq u l-ispazju aħdar ta’ villaġġ.
Il-biċċa l-kbira tal-pjazez huma postijiet adattati għas-suq, għall-kunċerti, għal kampanji politiċi, u għal avvenimenti oħra li jirrikjedu art stabbli fil-beraħ. Peress li spiss ikunu jinsabu f’post ċentrali, il-pjazez ġeneralment ikunu mdawra bi ħwienet żgħar bħal tal-ħami, tal-laħam, tal-ġobon u ħwienet tal-ħwejjeġ. Fiċ-ċentru tagħhom spiss ikun hemm xi bir, monument, statwa jew karatteristika oħra. Il-pjazez li jkollhom xi funtani kultant jissejħu pjazez bil-funtani.