Modena
belt u muniċipalità fl-Italja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Modena ([ˈmɔːdena]; bid-djalett ta' Modena: Mòdna [ˈmɔdnɐ]; bl-Etrusk: Mutna; bil-Latin: Mutina) hija belt u komun jew muniċipalità fin-naħa ta' Nofsinhar tal-Wied tax-Xmara Po, fil-Provinċja ta' Modena fir-reġjun ta' Emilia-Romagna fit-Tramuntana tal-Italja.
Modena | |||
---|---|---|---|
Italja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Italja | ||
Region of Italy | Emilia-Romagna | ||
Provinċja tal-Italja | Provinċja ta' Modena | ||
Isem uffiċjali | Modena | ||
Ismijiet oriġinali | Modena | ||
Kodiċi postali |
41121–41126 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 44.64582°N 10.92572°E / 44.64582; 10.92572 | ||
Superfiċjenti | 183.19 kilometru kwadru | ||
Għoli | 34 m | ||
Fruntieri ma' | Bastiglia (en) , Bomporto (en) , Campogalliano (en) , Carpi (en) , Casalgrande (en) , Castelfranco Emilia (en) , Castelnuovo Rangone (en) , Nonantola (en) , San Cesario sul Panaro (en) , Soliera (en) , Spilamberto (en) , Formigine (en) u Rubiera (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 184,153 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
059 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Almaty, Benxi (en) , Londrina, Novi Sad, Saint Paul (en) , Bella (en) u Linz (en) | ||
comune.modena.it |
Hija wkoll is-sede ta' arċisqof, u hija magħrufa għall-industrija tal-karozzi tagħha peress li hemm jew kien hemm il-fabbriki ta' produtturi ta' karozzi sportivi u lussużi bħal Ferrari, De Tomaso, Lamborghini, Pagani u Maserati. Dawn il-produtturi kollha għajr tal-Lamborghini għandhom il-kwartieri ġenerali fil-belt jew fil-madwar. Waħda mill-karozzi tal-Ferrari, it-360 Modena, ingħatat isem il-belt stess.
L-Università ta' Modena, li ġiet stabbilita fl-1175 u li tkabbret bis-saħħa ta' Francesco II d'Este fl-1686, tiffoka fuq ix-xjenza ekonomika, il-mediċina u d-dritt, u hija it-tieni l-eqdem università fl-Italja. L-uffiċjali militari Taljani jiġu mħarrġa fl-Akkademja Militari ta' Modena, u parzjalment jiġu ospitati fil-Palazz Dukali Barokk. Il-Biblijoteka tal-Familja Este fiha bosta volumi storiċi u 3,000 manuskritt. Il-Katidral ta' Modena, it-Torri tal-Girlandina u l-pjazza msejħa Piazza Grande flimkien ġew imniżżla bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[1]
Modena hija magħrufa wkoll fil-qasam tal-gastronomija għall-produzzjoni tal-ħall balsamiku.[2]
Fost in-nies notevoli minn Modena nsibu lil Maria ta' Modena, ir-Reġina Konsorti tal-Ingilterra u tal-Iskozja; it-tenur tal-opri Luciano Pavarotti u s-sopran Mirella Freni, li twieldu fil-belt ta' Modena stess; kif ukoll lil Enzo Ferrari, il-fundatur magħruf tal-kumpanija tal-karozzi Ferrari; il-qassis Kattoliku Gabriele Amorth; ix-chef Massimo Bottura; l-artist tal-comics Franco Bonvicini; il-grupp mużikali Modena City Ramblers u l-kantant u kantawtur Francesco Guccini, li għexu hemmhekk għal diversi deċennji.