Festival tal-Eurovision 2008
kompetizzjoni annwali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Festival tal-Eurovision 2008 kien it-53 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision u sar ġewwa Belgrad, il-belt kapitali tas-Serbja. Iż-żewġ semifinali saru ġew organizzati ġewwa il-Belgrade Arena (Београдска Арена) li hija waħda mill-ikbar areni ġewwa l-Ewropa, b'kapaċità ta' 'l fuq minn 20,000 post. Is-Serbja rebħet d-dritt li tospita il-festival wara li Marija Šerifović rebħet il-festival tal-2007 ġewwa Ħelsinki, fil-Finlandja. L-istazzjon nazzjonali tas-Serbja, RTS, kien responsabbli li jorganizza l-produzzjoni.
Festival tal-Eurovision 2008 "The Confluence of Sound" | |
---|---|
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 20 ta' Mejju 2008 |
Data tal-2ni semifinali | 22 ta' Mejju |
Data tal-finali | 24 ta' Mejju 2008 |
Ospitu | |
Sala | Belgrade Arena, Belgrad, Serbja[1] |
Preżentatur(i) | Jovana Janković[2] Željko Joksimović[2] |
Direttur | Sven Stojanovic |
Att tal-ftuħ | Marija Šerifović tkanta Moltiva(remix) (Finali) Video killed a radio star (SF1) Serbia for beginners akkumpanjati minn Konstantin Kostjukov (SF2) |
Att tal-intervall | Goran Bregović (Finali) Metropole Orkest, Slobodan Trkulja, Balkanopolis (SF 1) Teatru Nazzjonali f'Belgrad (SF2) |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 43: 19 f'kull semifinali; 25 fil-finali, 10 minnhom ġew minn kull semifinali. |
Pajjiżi li rritornaw | ħadd |
Pajjiżi li rtiraw | Awstrija[3] |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | Dima Bilan "Believe" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2007 2009► |
Svante Stockselius, ikkonferma fit-28 ta' Settembru 2007 li l-EBU approvaw il-pjan li jseħħu żewġ semifinali qabel il-finali tal-2008.[4] Dan ġie deċiż minħabba kummenti kemm mid-delegazzjonijiet, inkluża dik Maltija, u anki mill-ammiraturi li gergru li l-festival qed isir wisq falz bil-pajjiżi tal-Lvant kollha jivvutaw għal xulxin waqt li dawk tal-Punent isibuha bi tqil biex joħorġu mis-semifinali. Iż-żewġ semifinali ixxandru kontemporanjament u l-pajjiżi kellhom l-obbligu li juru s-semifinali li qegħdin jikkompetu fiha f'xandira diretta waqt li l-oħra setgħu jxandruha wara jekk iridu, minkejja li ma kinux obbligati. Pajjiż seta' jivvota biss ġewwa s-semifinali li kien qiegħed jieħu sehem fiha.
Fl-14 ta' Settembru, is-sindku ta' Ħelsinki ta ċ-"Ċwievet tal-Eurovision" lid-deputat ta' Belgrad. Hemm il-ħsieb li din iċ-ċeremonja issir kull sena u li ċ-ċurkett ikollu ċavetta minn kull belt li ospitat il-festival.[5]
Minħabba xi problemi u rvellijiet f'Belgrad, rigward l-indipendenza tal-Kosovo, fit-22 ta' Frar 2008, l-EBU għamlet konferenza biex jiddeċiedu jekk il-festival isirx f'xi belt oħra. L-Ukrajna kienet ikkunsidrata bħala għażla minħabba li kienu spiċċaw it-tieni fl-edizzjoni preċedenti. YLE kienu għażla oħra, hekk kif huma ospitaw l-edizzjoni tal-kompetizzjoni tas-sena ta' qabel f'Ħelsinki, il-Finlandja.[6] ERT offriet ukoll li tospita l-festival f'Ateni, il-Greċja.[7] Wara ġie deċiż li l-edizzjoni tal-2008 se ssir xorta f'Belgrad, bl-EBU tagħti l-appoġġ tagħha. RTS ingħatat garanzija ta' sigutà mill-gvern Serb għall-viżitaturi u l-parteċipanti kollha.[8] Għalhekk, id-delegazzjonijiet tal-Kroazja, tal-Iżrael u tal-Albanija ingħataw sigurtà speċjali.[9] Il-festival kien ospitat minn Jovana Janković u Željko Joksimović.[2] Jelena Tomašević irrapreżentat lis-Serbja b'kanzunetta bil-kompożizzjoni ta' Joksimović; din ġabet dibattitu dwar l-irwol tiegħu fil-festival.[10]